Il-biljunarju Andrej Babis, ta’ 63, u l-partit tiegħu rebaħ l-elezzjoni ġenerali fir-Repubblika Ċeka. Hu huwa t-tieni l-iktar persuna sinjura fil-pajjiż. Il-partit tiegġu, l-ANO (Iva) ġabu madwar 30%, kważi tliet darbiet iktar mill-eqreb partit rivali. Id-Demokratiċi Ċiviċi u l-Partit tal-Pirati ġew it-tieni u t-tielet rispettivament b’iktar minn 10% kull wieħed. B’kollox ħarġu jivvutaw madwar 61% tal-elettorat.
Għalkemm Babis, magħruf għall-kritika lejn l-UE, stieden lil kulħadd biex jitkellmu miegħu, hu mhux lest li jikkopera mal-Partiti tradizzjonali. Hu qal li mhux se jdaħħal il-pajjiż fiż-żona tal-ewro iżda jrid li jibqgħu fl-Unjoni Ewropea. Hu mistenni li se jagħmel numri ta’ proposti ta’ tibdiel fil-Kunsill Ewropew dwar il-kwalità tal-ikel u “soluzzjoni għall-immigrazzjoni”.
//= $special ?>

