Il-Bicycling Advocacy Group (B.A.G.) qed titlob biex Bisazza Street f’Tas-Sliema tkun aċċessibli għal ċiklisti, bħalma kienet oriġinarjament. Din it-talba qed issir minħabba li fl-unika rotta legali għaċ-ċiklisti, it-triq mit-Torri ta’ Tas-Sliema sa fejn ikun hemm il-laneċ, hemm numru ta’ trakkijiet tal-kostruzzjoni li iktar ma jmur, iktar qed jiżdiedu.
Dan qed jikkawża biex iċ-ċiklisti li jkunu għaddejjin minn din it-triq qed isuqu fuq il-karreġġjata l-ħażina u b’risku li kull darba li jaqgħilu minn wara xi trakk jintlaqtu minn xi karozza. Ix-xogħolijiet mistennija li jibqgħu għaddejjin għat-tliet snin li ġejjin.
Il-Grupp qed jitlob lil Transport Malta u lil kunsill lokali biex jingħataw miżuri li se jittieħdu għas-sigurtà taċ-ċiklisti li jużaw din it-triq. BAG qal li f’dawn l-aħħar jiem kien hemm żieda ta’ nies li użaw ir-rota biex jivvjaġġaw minn post għall-ieħor.
//= $special ?>

