“Dak li seħħ nhar it-Tnejn mhux se jsikkitna. Il-vuċi tagħna l-istudenti kienet, għadha se tibqa’ waħda b’saħħitha u xejn mhu se jżommna milli nesprimu ruħna.”
Qal dan Robert Naipier il-President tal-KSU li indirizza d-dimostrazzjoni nazzjonali li qed titlob ġustizzja għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Huwa qal li ħadd mhu se jgħaddi minn fuq l-istudenti kif ġieb u laħaq u huwa għażel li jindirizza din id-dimostrazzjoni biex jagħti messaġġ unanimu favur id-drittijiet fundamentali tagħna.
Huwa qal li hija ħasra li kellha tkun traġedja kbira bħal dik ta’ nhar it-Tnejn li għadda biex il-poplu jingħaqad u jinsa d-differenzi politiċi li jifirduna.
Huwa sostna li sa nhar it-Tnejn ma konniex konxji tal-importanza tal-libertà tal-ġurnalisti u tal-libertà tal-kelma.
Huwa qal li l-istudenti s ejibqgħu jaħdmu biex jassiguraw li dan il-pajjiż ikun mibni fuq demokrazija b’saħħitha.
//= $special ?>