Lokali

FILMAT: Wara l-protesta… It-tliet talbiet tas-Soċjetà Ċivili jitressqu għand il-President

Wara li s-Soċjetà Ċivili għamlet tliet talbiet waqt il-protesta nazzjonali, membri tas-Soċjetà Ċivili baqgħu sejrin għand il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca biex jippreżentaw dawn it-talbiet.

Is-Soċjetà Ċivili qed tagħmel tliet talbiet, u ddikjarat li mhux se tieqaf, jekk dawn ma jintlaqgħux.

It-talbiet huma:

– It-tneħħija tal-Kummissarju tal-Pulizija
– It-tneħħija tal-Avukat Ġenerali
– L-għażla mill-ġdid ta’ dawn iż-żewġ uffiċjali b’vot ta’ żewġ terzi fil-Parlament

Fl-indirizz tagħha lil dawk preżenti, il-President qalet li l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma kienx attakk fuqha biss iżda kien attakk fuq l-istat demokratiku, għax kienet attakkata l-libertà tal-espressjoni.

Il-President żiedet tappella biex l-istituzzjonijiet u d-demokrazija jissaħħu sabiex il-poplu jerġa’ jikseb fiduċja fihom.

“Irridu ningħaqdu bis-serjetà biex nagħmlu r-riforma li hemm bżonn,” qalet il-President. “Bid-demokrazija biss nistgħu nimxu ‘l quddiem,” żiedet tgħid.

Filmat: Civil Society Network