Raġel ħataf grupp ta’ ostaġġi f’park tad-divertiment f’Nuneaton, fiċ-ċentru tal-Ingilterra.
Ir-raġel hu armat b’ċenter u daħal fil-parti tal-park fejn hemm bowling alley u li kienet mimlija familji f’Bermuda Park. Il-Pulizija fil-pront dawru l-post. Skont l-aħħar rapporti r-raġel kellu tal-anqas żewġ ostaġġi.
Il-Pulizija Ingliża qalet li l-inċident ma kellux x’jaqsam ma’ terroriżmu.
Ħtif ta’ ostaġġi fir-Renju Unit


