Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jikseb il-pole position fl-Istati Uniti

Lewis Hamilton kiseb it-72 pole position fil-karriera tiegħu (Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton kiseb it-72 pole position fil-karriera tiegħu wara li temm l-ewwel fil-provi uffiċjali għall-Grand Prix tal-Istati Uniti, iżda Sebastian Vettel għandu kull ċans biex iżomm it-tamiet tiegħu tat-titlu wara li spiċċa fit-tieni post.

Valtteri Bottas daħal fit-tielet post fit-tieni karozza tal-Mercedes, qabel Daniel Ricciardo u Kimi Raikkonen li għamlu ħin identiku. Max Verstappen li għandu penalità ta’ 15-il post, temm is-sitta segwit minn Esteban Ocon ta’ Force India.

Carlos Sainz spiċċa t-tmienja fl-ewwel provi tiegħu mat-tim il-ġdid Renault, b’Fernando Alonso tal-McLaren u Sergio Perez tal-Force India jkomplu l-ewwel għaxra.

Il-Grand Prix tibda llum fid-9.00pm.