Lokali Qtil Politiku

FILMAT: Protesta oħra quddiem id-Depot tal-Pulizija

Wara l-protesta nazzjonali fil-Belt li ghaliha attendew eluf ta’ persuni, grupp imdaqqas ta’ persuni għamlu protesta spontanja quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Fil-protesta spontanja quddiem id-Depot, dawk preżenti kkapparraw it-triq u poġġew bilqegħda mal-art, b’għajjat ta’ “barra, barra” indirizzat lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Twaħħlu wkoll banners mal-grada tad-Depot, fost il-banners kien hemm dak b’ritratt tal-kummissarju tal-Pulizija u l-kitba “irrizenja”.

Il-Persuni li marru jipprotestaw baqgħu quddiem id-Depot tal-Pulizija sas-7p.m. ta’ filgħaxija, sakemm l-Opinjonist u ħabib ta’ Daphne Caruana Galizia, Andrew Borg Cardona, mar quddiem id-depot u ndirizza lil persuni preżenti.

Hu qalilhom li l-kummissarju tal-Pulizija ma’ kienx se jwieġeb għaliex ma’ kienx id-Depot u għaldaqstant talabhom biex imorru d-dar u sostna li din il-ġlieda ċivili mhux se tieqaf hawn.

FILMAT: Wara l-protesta… It-tliet talbiet tas-Soċjetà Ċivili jitressqu għand il-President