“Ma rridux ngħixu fi stat mafjuż fejn pajjiżna jsir il-washing machine tal-flus maħmuġa tal-kriminali, tad-dittaturi. Il-flus ma jixtrux kollox – wisq inqas l-inġustizzji.”
Qal dan il-ġurnalist James Debono met kien qed jindirizza d-dimostrazzjoni nazzjonali.
Huwa qal li dan il-qtil wera li pajjiżna tilef ruħu u issa hemm bżonn ta’ tweġiba għall-kwistjonijiet morali ta’ pajjiżna.
L-aqwa messaġġ lill-qattiela ta’ Daphne għandu jkun li jkollna Pulizija li għandhom is-snien u li għandhom il-fiduċja tagħna lkoll.
James Debono qal li kellna paraliżi istituzzjonali fejn ħadd ma tressaq il-Qorti fuq kwistjonijiet serji inluż dak tal-Panama.
“Pajjiżna jinħtieġ il-bidla u kull min irid iwarrab għandu jwarrab illum qabel għada” saħaq James Debono.
James Debono temm il-messaġġ tiegħu b’messaġġ ta’ tama lil dawk preżenti għad-dimostrazzjoni: “Intom raġġ ta’ dawl f’lejla mudlama għal pajjiżna. Ejja nkomplu naħdmu biex Malta ma tiskotx” temm jgħid James Debono.
//= $special ?>