Mara ta’ 69 sena weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tat-8.30 f’Għawdex.
Fl-inċident, li seħħ fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, il-mara kienet passiġġiera ġo karozza tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 73 sena.
Fl-inċident, seħħet ħabta bejn din il-karozza u karozza oħra tat-tip Volkswagen Polo misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Għarb. Il-koppja anzjana li kienet fil-karozza l-oħra huma mix-Xewkija.
Malli seħħ l-inċident fuq il-post marru l-Pulizija kif ukoll ambulanza li kellha tieħu lill-mara ta’ 69 sena l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn hemmek kienet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejin.
//= $special ?>