Internazzjonali

Massakru ta’ suldati fl-Eġittu

L-Oasi ta' Bahariya

Iktar minn 50 suldat ġew maqtula fl-Eġittu minn militanti Iżlamiċi li fetħu n-nar fuqhom. Is-suldati kienu qiegħdin fl-oasi Bahariya fid-deżert . F’dan l-attakk mietu wkoll 15-il militant, li huma maħsuba li kienu ta’f ergħa alleata mal-ISIS. Għad ma kienx hemm xi grupp li ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk. Is-sitwazzjoni kienet irraportata agħar hekk kif l-uffiċjal kmandant ma setgħax jikkuntatja għall-għajnuna minħabba li t-telekomunikazzjonijiet kienu ħżiena fid-deżert.