“Naddaf lil pajjiżna.”
Hija din l-għajta tal-ġurnal The Sunday Times of Malta – editorjal miktub b’vuċi ta’ rabja iżda b’raġġ ta’ tama li dan il-pajjiż jista’ jitnaddaf.
L-editorjal jgħid li pajjiżna llum sar stat ta’ mafia u ċentru tal-ħasil tal-flus. Jgħid li l-Gvern imissu jistħi li wassalna s’hawn u jitlob ir-riżenja tal-Kummisssarju tal-Pulizija u tal-Prim Ministru Joseph Muscat, għax dawn ma jistgħux inaddfu l-pajjiż.
L-editorjal jitlob għal riforma kostituzzjonali u t-tisħiħ tal-media indipendenti u jħeġġeġ lin-nies jattendu għad-dimostrazzjoni nazzjonali. Jgħid li l-uniku tama hi l-komunità internazzjonali li tefgħet il-lenti tagħha fuq pajjiżna.
//= $special ?>