Futbol Sport

Rimonta Mostija ssalva punt fl-aħħar sekondi

Ivan Maric inaqqas id-distakk għal Mosta (Ritratt: Trevor Sollars)

Rapport: Keane Cutajar

MOSTA………………..2

FLORIANA………….2

Mosta: A. Vella, L. Ferreira, D. Mansi, T. Veronese, Z. Brincat (G. Nuti 46’), D. Nworah (K. Frendo 65’), T. Farrugia, D. Xuereb, D. Zarate Bilbao, D. Fenech (C. Camilleri 69’), I. Maric

Floriana: I. Akpan, E. Pepe, E. Ruiz, S. Pisani, I. Varela (J. Baldacchino 86’), M. Vella, A. Cini, A. Oyama, D. Grima (C. Borg 55’), M. Fonatanella, E. Marcelina

Imwissija: D. Zarate 21’, D. Xuereb 68’ (M) D. Grima 32’, S. Pisani 50’ (F)

Tkeċċew: A. Oyama 58’ (F) I. Maric 89’ (M)

Skorjaw: M. Vella 22’, S. Pisani 74’ pen. (F) I. Maric 82’, T. Farrrugia 90+1’ (M)

Referee: Glenn Tonna

Assistenti Referees: Roberto Vella, Jurgen Spiteri

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Maurizio Vella (Floriana)

Mosta resqu l-ikar viċin matul l-ewwel taqsima b’azzjoni wara l-oħra iżda dejjem sabu lil Akpan attent. Kienu Floriana li marru fil-vantaġġ f’waħda mill-ftit azzjonijiet tagħhom fl-ewwel taqsima. It-tieni taqsima ma tantx bdiet tajjeb għall-Floriana għax spiċċaw jilagħbu b’għaxra għall-aħħar nofs siegħa tal-partita wara li tkeċċa Oyama. Floriana ngħataw penalty meta kien fadal kwarta logħob u Mosta naqsu id-distakk lejn l-aħħar qabel ġabu d-draw fl-aħħar sekondi tal-partita.

Wara erba’ minuti, Mosta kellhom azzjoni tajba li iżda spiċċat f’idejn Ini Akpan. Kien Leandro Ferreira li ħabbat il-ballun tajjeb ma’ sieħbu qabel ġie f’pożizzjoni tajba u kkonkluda.

Ħames minuti wara, Mosta reġgħu kienu perikolużi wara pass perfett ta’ Thomas Veronese li ġab lil Ferreira waħdu mal-gowlkiper. Akpan reġa’ ħareġ minn fuq hekk kif salva tajjeb. Żewġ minuti wara, Vernoese ttanta xortih minn freekick iżda sab lil Akpan attent. David Nworah kien żvinturat meta ra x-xutt tiegħu bid-dawra jgħaddi jħakkek mal-mimduda fit-18-il minuta wara korner Mosti.

Madanakollu Floriana marru minn fuq fl-ewwel azzjoni tagħhom ftit minuti wara, meta kien freekick perfett ta’ Maurzio VELLA li bid-dawra daħal fl-anglu u ma ta l-ebda ċans lil Andreas Vella jsalva. Hekk kif għaddew nofs siegħa logħob, Akpan reġa’ salva lil sħabu wara li Marcelina żbalja u tilef il-ballun viċin il-kaxxa tiegħu stess. Kien Nworah li venven xutt minn mal-limiti tal-kaxxa li deher destinat għal ġewwa sakemm Akpan tar minn tulu u dawwar f’korner.

Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Floriana resqu viċin li jagħmluhom tnejn meta Vella għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li xxutja mill-ewwel. Andreas Vella kien pront ħareġ saqajh u dawwar f’korner.

Hekk kif fetħet it-tieni taqsima, Floriana resqu viċin meta Steve Pisani għadda lejn Ignacio Varela li naqas milli jikkonkludi kif xtaqt bil-ballun jispiċċa għan il-gowlkiper Mosti. Floriana sfaw jilagħbu b’għaxra wara li Arthur Oyama deher iwaqqaf lill-attakant Mosti fuq il-ġirja meta kien dieħel waħdu mal-gowlkiper. Mill-freekick Zarate ra x-xutt tiegħu jispara mal-mimduda.

Steve PISANI għamilhom tnejn għal Floriana minn penalty meta kien fadal kwarta logħob. Kien Vella li daħal tajjeb fil-kaxxa wara azzjoni personali u ġie mwaqqa’ hekk kif kien ha jikkonkludi. Mosta naqsu id-distakk fit-82 minnuta minn daqqa ta’ ras perfetta ta’ Ivan MARIC. L-aħħar azzjoni tal-partita sarrfet f’gowl għal Mosta meta kien Tyrone FARRUGIA li tefa’ ġewwa bir-ras wara kross mix-xellug.