Il-magazine Taste&Flair, li kien editjat u ppublikat minn Daphne Caruana Galizia, se jkun qed jiġi ppublikat ix-xahar li ġej b’xogħol li seta’ kien l-aħħar xogħol tagħha.
Andrè Camilleri, manager tal-produzzjoni ta’ The Malta Independent, qal li Caruana Galizia kienet diġa bdiet taħdem fuq il-magazine ta’ Novembru filwaqt li qabdet fotografi u kittieba biex jaħdmu fuq l-artikli. Madankollu, hi ma kinitx laħqet lestiet l-editorjal tal-istess magazine, li dejjem kienet tħallih għall-aħħar sakemm jidħol ix-xogħol kollu.
Andrè qal li għad ma ġiex deċiż min se jkun li jikteb l-editorjal tal-edizzjoni tax-xahar li ġej. Filwaqt li l-artikli tagħha li kienet tikteb fil-blog tagħha u fil-gazzetta kienu kollha jduru mal-ġurnaliżmu investigattiv u l-politika, il-magazine hu pjuttost l-oppost hekk kif juri l-affarijiet sbieħ li kienet tara Caruana Galizia.
//= $special ?>