Rapport: Keane Cutajar
SLIEMA W……………1
HIBERNIANS……….0
Sliema: G. Zammit, S. Bianciardi, M. Muchardi, F. Temile (R. Correa 60’), G. Aquilina (P. Xuereb 87’), J. De Assis, J. Pearson, E. Agius (R. Spiteri 90+1), F. Qeros, J. Mintoff, G. Adamovic
Hibernians: A. Hogg, M. Kreuzriegler (J. Degabriele 60’), J. Lima (J. Mbong 77’), D. Vella, R. Soares, M. Dias, C. Failla, J. Bezzina (B. Kristensen 65’), J. Dos Santos, A. Agius, M. Sahanek
Imwissija: M. Dias 29’, C. Failla 79’, J. Mbong 85’ (H) J. De Assis 42’, G. Adamovic 65’, J. Mintoff 66’, G. Zammit 90+4’ (S)
Skorjaw: J. De Assis 45’ (S)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Edward Spiteri, Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Jeferrson De Assis (Sliema)
Attendenza: 775
Sliema akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu liċ-champions Hibernians. Kienet wirja qalbenija ta’ Sliema li waslet għat-tliet punti. Fost din il-wirja kollettiva impressjonaw għal Sliema, Jefferson De Assis, John Mintoff u Gabriel Aquilina.
L-ewwel taqsima ma tantx offriet spettaklu u kienet pjuttost ikkontrollata minn Hibernians fin-numru t’azzjonijiet, sakemm Jeferrson De Assis tefa’ lil Sliema fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ b’dak li jista jkun meqjus bħala wieħed mill-isbaħ gowl tal-istaġun.
It-tieni taqsima kienet simili tal-ewwel waħda bid-differenza li n-numru t’azzjonijiet u pussess kien maqsum bejn iż-żewġ settijiet ta’ plejers.
Wara 22 minuta logħob Clayton Failla prova minn freekick dirett li iżda għadda ftit barra mill-wieqfa. Hekk kif qabżu n-nofs siegħa logħob kien Johann Bezzina li ttanta xortih minn barra l-kaxxa, bix-xutt tiegħu jkun ċentrali wisq b’Glenn Zammit isalva faċilment.
Fl-34 minuta, Hibernians resqu viċin wara li Marco Sahanek għadda tajjeb iżda sabu lil Zammit jiġġebbed minn tulu mal-art biex isalva iżda ma żammx il-ballun. Id-difensuri ta’ Sliema biegħdu l-periklu.
Sliema marru fil-vantaġġ hekk kif qabżu l-45 minuta meta kien Jeferrson DE ASSIS li ħasad il-grawnd taċ-Ċentinarju meta qabeż plejer u ttanta xortih mill-boghod. Il-ballun spara fix-xibka u ma ta l-ebda ċans lil Andrew Hogg. B’hekk Sliema daħlu jistrieħu minn fuq.
Sliema ħarġu fuq l-attakk fit-tieni taqsima u wara minuta kien De Assis b’azzjoni personali wara li għadda minn ma’ Andrei Agius qabel prova minn pożizzjoni angolata. Hogg mattar saqajh u dawwar f’korner.
Fis-67 minuta, Hibernians kellhom freekick perikoluż li għal ftit ma spiċċawx fix-xibka iżda Sliema rnexxielhom ibegħdu b’xi mod u b’ċerta diffikultà l-periklu.
Sliema resqu viċin it-tieni gowl meta kien fadal kwarta logħob iżda sabu lil Hogg attent li salva f’darbtejn. Hibernians pruvaw jagħfsu lejn l-aħħar iżda dejjem sabu ħajt Slimiż attent. Agius resaq viċin fl-aħħar azzjoni iżda ra t-tentattiv bir-ras tiegħu jispiċċa barra.
//= $special ?>