Is-sewwieqa tal-karozzi antiki u li jniġġżu ħafna se jkollhom jibdew iħallsu meta jidħlu fiċ-ċentru ta’ Londra. Dan hekk kif il-kapitali tar-Renju Unit qed tkabbar il-battalja kontra t-tniġġiż tal-arja.
Mit-Tnejn, il-ħlas japplika l-aktar għal dawk il-karozzi reġistrati qabel l-2006 u jista’ jinkludi wkoll xi karozzi reġistrati qabel l-2008 u se jibdew iħallsu għaxar Liri Sterlina kull jum. Dan apparti dik li hi magħrufa bħala l-congestion charge ta’ 11.50 Lira Sterlina kull darba li jidħlu fiċ-ċentru ta’ Londra.
Karozzi antiki li jniġġżu jridu jħalsu biex jidħlu f’Londra


