Lokali

FILMAT: 6 Indoneżjani jinżammu ostaġġi fuq dgħajsa fil-Libja – jistennew lill-Gvern Malti biex jinħelsu

Sitt Indonezjani abbord lanċa tas-sajd Maltija sekwestrata fil-Libja jinħelsu biss meta l-Gvern Malti jkellem lill-milizzja Libjana.

25 ġurnata wara li din il-mizzja ssekwestrat il-lanċa tas-sajd, il-Gvern Malti għadu lanqas irrikonoxxa li l-lanċa Salvatur 6 hi Maltija.

Rapport fil-midja internazzjonali saħansitra jgħid li l-forzi Libjani qed jistennew li jitkellmu mal-awtoritajiet Taljani, Indoneżjani u Maltin għall-ħelsien tal-bastiment u l-ekwipaġġ.

L-ambaxxata Indoneżjana f’Ruma, li qed taħdem għar-rilaxx tal-Indoneżjani, ġiet infurmata li dawn jinħelsu biss meta tiġi rilaxxata l-lanċa u allura wara li jitkellem magħha l-Gvern Malti.

Sadattant, u fid-dawl li l-awtoritajiet qed jinjoraw li jieħdu azzjoni dwar dan il-każ, Albert Satariano ħatar lil Ivan Grech Mintoff bħala rappreżentant tiegħu biex bil-kuntatti tiegħu fil-Libja jipprova jwassal għal soluzzjoni għal dan il-każ.