Niċċa ġdida għat-turiżmu u ta’ interess ukoll għall-Maltin – l-istorja tal-Belt, l-Imdina u l-Birgu grazzi għas-sopra natural.
Jirriżulta li f’pajjiżna hawn għatx kbir għal dawn l-istejjer u leġġendi, kif tixhed il-popolarità ta’ numru ta’ gruppi organizzati u ffukati fuq id-dehriet sopranaturali li qed jattiraw għexieren ta’ persuni kull darba.
Bil-Birgu li hu mogħni b’sensiela ta’ mużewijiet differenti, ewlieni fosthom dak tal-Inkwiżitur li jixħet dawl fuq l-istorja kemmxejn sewda ta’ pajjiżna, temmen jew ma temminx fl-iħiersa, dawn qed iservu biex il-wirt li ħallewna missirjietna ma jintilifx.
//= $special ?>

