Lokali

Ġurnalisti Taljani miġbura biex jitolbu Ġustizzja

Numru ta’ Ġurnalisti Taljani dalgħodu nġabru fi Pjazza Nicosia, qrib l-Ambaxxata Maltija f’Ruma, biex jitolbu Ġustizzja wara l-qtil brutali tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-attività kienet organizzata mill-Federazzjoni Taljana tal-Ġurnaliżmu u l-organizzazzjoni Articolo 21, li tippromwovi l-libertà tal-espressjoni skont l-Artiklu 21 tal-Kostituzzjoni Taljana.

Preżenti kien hemm ukoll xi membri minn Amnesty International u mill-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Lazio.