Lokali

Ħaddiem barrani jweġġa’ wara li idu nqabdet bejn ‘cherrypicker’ u gallarija

Ħaddiem barrani sofra feriti gravi wara li idu nqabdet bejn ‘cherrypicker’ u gallarija f’Rue D’Argens, fil-Gżira.

Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol mal-faċċata ta’ residenza.

Kien f’dan il-mument li għal xi raġuni, idu nqabdet bejn iċ-‘cherrypicker’ u l-gallarija.

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu sehem f’operazzjoni delikata biex ir-raġel ikun jista’ jitniżżel u jittieħed b’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.