Għall-ewwel darba f’dawn l-aħħar 26 sena, il-Qawwa tal-Ajru Amerikana se tpoġġi l-bombers tat-tip B-52 fuq standby ta’ 24 siegħa u se jibdew ikunu armati b’armi nukleari.
Din hi l-ewwel darba minn tmiem il-Gwerra l-Bierda li qed jittieħed pass simili.
L-aħbar ingħatat mill-Ġeneral David Goldfein, iċ-Chief of Staff tal-Qawwa tal-Ajru Amerikana. Hu qal li dan hu parti mill-proċess biex il-Qawwa tal-Ajru tadotta għas-sitwazzjoni globali. Hu qal li l-B-52s se jkunu stazzjonati fil-Barksdale Air Force Base f’ Louisiana u fejn qed isir bini bi tħejjija għall-bidla.
Fis-6 ta’ Ottubru, il-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ mal-ogħla uffiċjali militari u wara għamel il-kumment “il-kalma qabel il-maltempata”.
Il-Ġeneral Amerikan qal li s’issa l-ordni ma nħarġitx imma kien hemm indikazzjoni li din kienet biss kwistjoni ta’ żmien.
Ilestu l-B-52s għal 24 siegħa ‘standby’


