– Hermann Schiavone, PN
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone appella biex tiddaħħal liġi li permezz tagħha ikun appuntat Maġistrat Investigattiv biex jinvestiga l-korruzzjoni bil-poteri kollha meħtieġa u bl-investigaturi appuntati.
Fil-parlamnet Hermann Schiavone rrifera għal dak li qal iben Daphne Caruana Galizia wara l-qtil ta’ ommu u qal li dan kien qtil li xxokkja lid-dinja iktar milli lill-Maltin. Illum Malta qiegħda taħt skrutinju mid-dinja u kompla li l-kundanna għall-qtil ta’ Caruana Galizia wasal mill-Vatikan saċ-Ċina, mill-Amerika sal-Awstralja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li madwar id-dinja kienu assassinati 10 ġurnalisti tul din is-sena u rringrazzja lill-familja ta’ Daphne għall-fatt li dawn taw lil Daphne biex tagħmel xogħol impekkabbli. Hu sostna li hu ma kinx jaqbel ma’ ħafna mill-kitbiet ta’ Daphne iżda qatt ma jasal jikkundanna u jitkellem bil-mod kif l-esponenti tal-PL u l-media Laburista tkellmu dwarha.
Hermann Schaivone qal li Daphne kienet attakkata personalment anki meta qatlulha l-kelb u ħarqulha l-bieb tad-dar tagħha. Daphne kienet demonizzata b’dan il-mod għal snin twal mill-media tal-PL u li l-media li tappoġġa lil Daphne. Mhux aċċettabbli li jsir qtil politiku u attakk fuq l-espressjoni ħielsa; li għandha tkun dritt fundamentali.
Il-kitba ta’ Daphne dejjem kellha konnotazzjonijiet politiċi u kienet tikteb dwar governanza tajba. Daphne kienet il-ġurnalisti li kixfet il-Panama Papers. Lil hin mill-mandant u l-mottiv, l-assassinju sar fuq persuna magħrfua għall-qtil tagħha. Għalhekk id-dinja kollha qed issejjaħlu qtil politiku fosthom gazzetti ewlenin internazzjonali fosthom il-Financial Times.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-settur pubbliku u qal li l-pajjiż qed jitlef nies tajbin għaliex il-gvern qed iwarrab lil dawk li ma ajqblux miegħu politikament. Hu sostna li fiċ-Ċivil hemm ħafna nies tajbin u hemm impjegati li jħobbu x-xogħol tagħhom iżda qed jitwarrbu minkejja li jkunu tajbin u professjonali f’xogħlhom. Hu tkellem dwar in-numru ta’ diretturi li ma kinux appuntati fil-karigi tagħhom minkejja l-kapaċitajiet professjonali tagħhom. Hu semma wkoll il-promozzjonijiet ta’ tliet skali li numru ta’ ħaddiema ngħataw qabel l-aħħar elezzjoni.
Daphne kitbet ħafna dwar in-neputiżmu u sostna li dak li llum qed jipproponi l-gvern dwar l-iskrutinju hu insult għan-nies serji li ma jiddejqu mill-iskrutinju fl-amministrazzjoni pubblika. Jeħtieġ li l-iskrutinju jkun perjodiku. Illum hawn qbil wiesgħa fil-pajjiż li l-Kummissarju tal-Pulizja għandu jitlaq.
Hu appella lill-Prim Ministru biex jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa u jitkellem mal-Oppożizzjoni biex tinsatab soluzzjoni. Daphne tkellmet ukoll dwar il-kontabbiltà u t-trasparenza u sostna li l-gvern għandu juża’ sew flus il-poplu biex dawn jissaħħu.
Hermann Schiavone qal li l-gvern qed jaħdem milli jwieġeb m’mod evażiva numru ta’ mistqosijiet parlamentari. Hu kompla li ninsabu ferm ‘il bogħod minn dak li għandu jitwettq fil-pajjiż fosthom bil-pubblikazzjoni ta’ kuntratti li jkollhom iktar partijiet moħbija.
Hu ppropona diversi proposti biex isiru uffiċini amministrattivi fil-lokalitajiet biex l-amministrazzjoni pubblika ma tibqax konċentrata biss fil-Belt. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm titjib fis-settur tat-tindif biex it-tindif jilħaq il-lokalitajiet kollha.
Fil-pajjiż hawn kollass totali tal-istituzzjonijiet u jeħieġ li l-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija jkollha l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra. Il-Pulizija b’kummissarju ġdid għandu jinħatar bl-apoġġ tal-Gvern u l-Oppożizzjoni.
Jeħtieġ li ssir liġi biex ikun appuntat maġistrat speċjali investigattiv dwar il-korruzzjoni anki fuq inizjattiva tiegħu stess. Jeħtieġ riforma fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għaliex hu l-persuna li jiddeċiedu jibdew, jitkomplew jew ma jsirux investigazzjonijiet kriminali. Jeħtieġ li l-Avukat ġenerali ma jiqbax jdidfeenid lill-gvern fil-kawża kolllha iżda imbagħad jieħu l-passi anki kontra persuni opubbliċi stess.
Hu qal li Daphne nqatlet minħabba l-kampanja ta’ odju kotnriha fosthom anki fejn anki sarilha sekwestru fuq l-assi tagħha. Hu semma l-Panama Papers u qal li kien ovvju li Daphne kienet qed tħabbatha ma’ persuni għolja fil-pajjiż.
Hermann Schiavone tkellem dwar il-mod kif Daphne Caruana Galizia ma ngħatax il-protezzjoni meħtieġa u sostna li din kellha tibqa’ tingħata l-protezzjoni. Il-pajjiż jistħoqqlu tmexxija aħjar milli għandu llum, sostna Hermann Schiavone li kompla li Daphne kienet tistenna standards ogħlja mill-persuni pubbliku.
Jeħtieġ ikun hemm bidliet kif isir il-politika. Il-pajjiż irid iġib lura s-saltna tad-dritt. iL-prim Minsirtu għanu r-repsonsbablita l jaasigrua li l-pajjiż joħroġ minn din li-kriżi. Għandu jsir pjan biex isem Malta jerġa’ jitnaddaf; ma jistax ikun li Malta tkompli tgħereq. Il-politiċi għandhm obbligu li jsalvaw lill-pajjiż, sostna d-Deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>