– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ilu snin irid ipattiha lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u jasal għaliha.
Fil-parlament Karol Aquilina tkellem dwar il-kwalitajiet ta’ Daphne Caruana Galizia u dwar il-mod kif hemm min kellu kampanji kontriha; kampanji ta’ attakki fuq il-media min-nies li jqattgħu l-ħin kollha quddiem il-laptop.
Hu kkritika lill-Kummissarji tal-Pulizija fosthom Peter Paul Zammit dwar il-każ kif ħadem fl-arrest ta’ Norman Vella. Dwar Ray Zammit li dam biss ħames xhur Kummissarju, Karol Aqulina qal li dan il-kummissarju nqabad f’recordings jagħti struzzjonjiiet dwar l-ispraratura tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia.
Warajh ġie l-Kummissarju Michael Cassar, li kien l-aktar Kummissarju li dwaru ma kinx hemm kontroversji kbar iżda f’April 2016 kien hemm ir-rapporti tal-FIAU fuq il-mejda tal-Kummissarju tal-Pulizija. Michael Cassar igawdi s-sentiment ta’ ħafna nies fil-Korp ta’ Pulizija u forsi kellu konflitt bejn min ħatru u x’ried jagħmel.
Michael Cassar irriżenja u minfloku l-Gvern għamel lil Lawrence Cutajar bħala Kummissarju. L-ewwel tliet kummissarji spiċċaw bil-banda u f’silenzu assolut iżda l-Kummissarju Cutajar se jispiċċa bl-orkestra kbira. Il-poplu jaf x’qed jagħmel Lawrence Gutajar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kummissarji qed jinġibdu bl-ispaga direttament mill-Prim Ministru u llum is-sitwazzjoni hi waħda li f’ġimgħa li fiha seħħ qtil serju, l-poplu ra lill-Kummissarju Lawrence Cutajar u lill-ex Kummissarju John Rizzo.
Karol Aquilina qal li l-poplu qed jitlob ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-protesti m’humiex kontra l-Korp tal-Pulizija anzi meta spiċċat il-protesta tal-Ħadd quddiem id-Depot, ħafna nies bdiet tmur fuq il-membri tal-Korp u tirringrazzjhom personalment jagħmlu xogħlhom kif suppost iżda qalulhom li jiddispjaċihom għalihom li ma kellhomx kummissarju li jista’ jmexxihom b’mod serju.
In-nies jarw f’Lawrence Cutajar in-nuqqas ta’ kull kompetenza, dgħjufija kbira u nuqqas ta’ serjetà waqt li m’għandu l-ebda ħila biex ikun fil-kariga ta’ Kummissarju ta’ Pulizija. Il-poplu jidħak meta jara lill-Kummissajru tal-Pulizija Lawrence Cutajar. L-akbar umiljazzoni kienet il-konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Kummissarju lanqas ipprepara ftit lilu nnifsu. Il-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija hi fl-istes livelli baxxi tas-snin tmenin meta l-kriminali kienu protetti mill-pulizija.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ħafna ma stennewx li d-dimostrazzjoni nazzjonali tieħu l-forma ta’ attività propożittiva iżda s-soċjetà ċivili għamlet żewġ talbiet; ir-riżenja tal-Kummissarju u tal-Avukat Ġenerali.
Dwar ir-riżenja tal-Kummissarju s-soċjetà qed titlob ir-riżenja immedjata għax din hi l-uniku trid li għandu l-Kummissarju tal-Pulizija. Għandha ssir ħatra ta’ persuna ġdida mhux kif dejjem sar s’issa iżda b’mod ġdid billi jkun hemm qbil tal-Kamra. Din il-bidla għandha ssir b’emenda fil-liġi biex kull gvern jagħmel din l-għażla b’mod tajjeb.
Dwar l-Avukat Ġenerali, Karol Aquilina qal li l-Avukat Ġenerali mhux biss jiddefendi lill-Gvern iżda hu ċ-Chairman tal-FIAU. Hu ppropona li dawn iż-żewġ rwoli jkunu mifrudin minn xulxin. L-Avukat Peter Grech m’għamel xejn meta kellu diversi sitwazzjonijiet quddiemu; liema sitwazzjonijiet li huma speċifikati bil-liġi fosthom il-ħasil tal-flus.
Għall-Avukat Ġenerali, ir-rapporti tal-FIAU qishom ma jeżistux minkejja li dawn kienu pubbliċi.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex l-AĠ jkun appuntat bi qbil tal-parlament għaliex dan il-mekkaniżmu jeżisti u jaspira fiduċja. Il-Gvern kellu jieħu din l-opportunità biex jintlaħaq konsensus dwar dawn iż-żewġ karigi iżda naqas.
Karol Aqulina qal li r-responsabbilta hi tal-Prim Ministru iżda sa mill-2013 il-Prim Ministru ħataf l-istituzzjonijiet f’idejh biex jipprova jikkontrolla lil kulħadd minn qabel. Dan sar bi pjan maħsub bl-iskop li s-saltna tad-dritt inġieb fix-xejn. Dan wassal biex id-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdixn naqsu tant li fi siegħat wara li ġie elett tajjar lill-uffiċjali taċ-Ċivili kollha ħlief għal dawk li kienu se jaqduh.
Hu tkellem dwar il-libell li Daphne Caruana Galizia kienet għamlet libell lill-Prim Ministru u li li kienet rebħitulu. Il-każ kien imur lura għall-1998, meta Joseph Muscat kien ġurnalist ta’ Super One fejn kien ħareġ ktieb flimkien mal-PL jismu ‘Roberto Memmo, l-Iskandlu ta’ Chambray’. Dan kien jinkludi ritratt ta’ Daphne bi kliem li hi ħadmet kontra li jiġi kritikat Roberto Memmo. Daphne kienet deksritta bħala parti minn għanqbuta li Memmo kellu fil-pajjiż. L-akkuża kienet serja ħafna.
Il-Qorti kienet qalet li d-dikjarazzjoni ta’ Joseph Muscat dwar il-kapaċità ta’ Daphne fil-mod kif kiteb turi l-mod ta’ Muscat li daħħal lil Daphne fl-istorja u li għamel dan bi tpattija għal dak li Daphne kienet kapaċi tagħmel u mhux għax fittex il-verità. Dan ilu 20 sena iżda l-animu ta’ Joseph Muscat fil-konfront ta’ Daphne Crruana Galizia juri li jrid ipattiha u jasal għal Daphne. Dan hu li jdejjaq lin-nies. Dan, il-Prim Ministru m’għamlux waħdu għax il-PL għamel 28 sena għaddej jattakka lil Daphne Caruana Galizia.
Karol Aqulina qal li l-Prim Ministru jaf li dak li tiżra taħsad iżda l-Prim Ministru ilu mill-1998 bl-animu li jagħmel ħsara lil Daphne Caruana Galizia. Il-Qorti kienet sabitu ħati ta’ malafama. Fil-pajjiż li hawn nies li qatt ma qraw il-kitba tagħha iżda jemmnu li Daphne hi l-agħar ħaġa fid-dinja, li hi mħallsa mill-PN jew li kien hemm min iċempel lil Daphne u jgħidilha x’tikteb. Dan hu totalment l-oppost għax hi riedet li l-artiklu jkunu tagħha biss u f’kollox. Il-PL ilu 30 sena jxewwex lin-nies kontra Daphne Caruana Galizia.
Dan mhux iż-żmien li jittieħdu nofs miżuri u għalhekk il-miżuri dwar l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju huma biss il-mod tal-bidliet li jridu jsiru. Il-politiċi għandhom responsabbiltà li mhux biss jitkellmu iżda li jwettqu.
Fi tmiem id-diskors tiegħu Karol Aquilina ppreżenta fil-parlament il-fokk li ntuża’ fil-protesta li fih l-aħħar kliem li qalet Daphne Caruana Galizia: ‘Crooks everywhere you look..the situation is desperate’.
//= $special ?>