Ir-ritratt tad-dimostrazzjoni li saret ilbieraħ fil-Belt u l-messaġġ tas-soċjeta ċivili li talbet għar-riżenji tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali, u biex l-għażla ta’ dawn il-karigi għolja ssir bl-approvazzjoni ta’ żewġt terzi fil-Parlamenti jiddominaw il-faċċata ta’ In-Nazzjon tal-lum.
In-Nazzjon jirrapporta fid-dettall l-appelli li saru minn sitt kelliema fid-dimostrazzjoni nazzjonali li saret b’appell għal ġustizzja quddiem l-assassinu tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ bħal-lum ġimgħa.
In-Nazzjon jirrapporta wkoll il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista fuq Radio 101.
Bħal kull nhar ta’ Tnejn In-Nazzjon jintervista lil Oliver Friggieri, li lllum jitkellem dwar l-importanza tal-qbil quddiem kull kwistjonijiet nazzjonali.
//= $special ?>