Fost il-persuni distinti li attendew għal quddies b’suffraġġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia, attentdiet il-Presidenti tal-Kummissjoni Antimafia għall-Gvern Taljan, Rosy Bindi – li wkoll tat ir-reazzjoni tagħha lill-media. Fil-kummenti tagħha, Rosy Bindi qalet li huma diġa’ kienu skedati li jiġu f’Malta, hekk kif ħafna esponenti tal-organizzazjonijiet Mafjużi jagħmlu ħafna ‘xogħol’ f’din il-gżira u għalhekk, Malta hi ta’ interess għall-Kummissjoni Antimafia.
“Inzerta li ż-żjara tagħna f’Malta kellha taħbat ma’ dan iż-żmien, fejn ġimgħa ilu nqatlet il-ġurnalista – u għalhekk ridna nkunu rperżenti hawn għal din il-quddiesa. Naħsbu li kien dan l-aħjar mod biex nuru solidarjeta’ mal-familja tal-ġurnalista, solidarjeta’ mal-poplu, u biex nisimgħu il-kliem tal-Arċisqof Charles Scicluna. L-Arċisqof qalilna li Malta ma tistax titħalla waħeda għax ma tistax taċċetta li tiġi umiljata’, kif ġiet umiljata minn dik il-bomba li ħadet il-ħajja lill-persuna. Għada se niltaqgħu mal-istituzzjonijiet, u se niltaqgħu ukoll mal-Oppożizzjoni – biex ikollna djalogu sabiex iż-żewġ pajjiżi tagħna jiġġieldu l-kriminalita’ flimkien.
F’mistoqsija minn Net News dwar ir-reazzjoni tagħha għal qtil tal-ġurnalista, Rosy Bindi qalet li fl-Italja għandhom esperjenza twila ta’ attentati ta’ qtil ta’ ġurnalisti, pulizija, maġistrati – ta’ persuna li jagħmlu xogħolhom. Xogħol il-ġurnalista hu li tinforma – ma għamlet xejn speċjali din il-mara li nqatlet, għax kienet qed tagħmel xogħolha. Il-ġurnalisti jrid ikollhom il-kuraġġ li jibqgħu jagħmlu xogħolhom, u jiktbu il-verita’.
“Aħna għandna storja twila ta’ attentati, u nafu li dawn huma feriti fondi, u jistgħu ukoll ikunu ta’ okkażjoni biex tirreaġixxi. Huma in-nisa, l-irġiel u ż-żgħażagħ li jgħidu le għal vjolenza u jiġġieldu għal-liberta’ tagħhom:, tenniet il-President tal-Kummissjoni tal-Antimafia Rosy Bindi.
//= $special ?>