Sala tal-konferenzi stampa fil-Parlament Ewropew ta’ Stasburgu se tkun qed tissemma għal Daphne Caruana Galizia. Dan ġie mħabbar ftit tal-ħin ilu minn Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew.
Din l-aħbar ħarġet wara li l-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia aċċettat stedina biex tattendi għal sessjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir għada fi Strasburgu.
Matul din s-sessjoni, il-Parlament Ewropew se jiddiskuti l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet ġimgħa ilu fil-Bidnija, permezz ta’ karozza bomba.
Fuq talba tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani aċċetta li ma jkunx preżenti biss rappreżentant tal-familja, imma l-invit ikun estiż għall-familja kollha.
//= $special ?>