“Kuraġġ, aħdmu bla ebda favur jew wiċċ u la tibżgħux tagħmlu xogħlkom” – appell mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna fl-aħħar tal-quddies b’suffraġġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia, ġimgħa fuq il-qtil tagħha.
Il-quddies ġiet iċċelebrata fil-Knisja tal-Bidnija, u li għaliha attendew numru kbir ta’ nies u fost l-oħrajn diversi persuni distinti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni – l-Arċisqof għażel silta partikolari li tappella għaż-żminijiet diffiċli li pajjiżna għaddej minnu.
L-Arċisqof qal: “Ħa nurikom jien minn min għandkom tibżgħu. Ibżgħu minn dak li għandu l-jhedd li jixħtek l-infern” – kliem li Ġesu stess ta lill-poplu li kien ippersegwitat, u li llum għadu relevanti. L-Arċisċof Scicluna sostna li l-ħniena t’Alla hi għal min miet, pero hi wkoll għal min qatel.
Wara l-quddies, l-Arċisqof ta kummenti lill-media:
Fost il-persuni distinti, attentediet il-Presidenti tal-Kummissjoni Antimafia għall-Gvern Taljan, Rosy Bindi – li wkoll tat ir-reazzjoni tagħha lill-media.
//= $special ?>