Wara l-agħa li kien hemm minħabba l-każi ta’ abbuż sesswali mill-produttur tal-films Harvey Weinstein, issa feġġ skandlu ieħor li jinvolvi d-direttur tal-films James Toback.
Toback qed ikun akkużat minn madwar 40 mara li kienu vittma ta’ fastidju sesswali minnu tul is-snin.
Skont il-Los Angeles Times, il-każi huma mifruxa tul perjodu ta’ 30 sena. Toback, min-naħa tiegħu, qed jiċħad bil-qawwa dawn l-akkużi.
Toback stqarr mal-Los Angeles Times li għal dawn l-aħħar 22 sena kien bijoloġikament impossibbli li jagħmel dak li qed jallegaw dawn in-nisa. Dan peress li għandu d-dijabete u kundizzjoni tal-qalb li jridu kura medika kontinwa.
Fl-1991, Toback kien innominat għal Oscar għad-direzzjoni tal-film Bugsy. L-aħħar film tiegħu The Private Life of a Modern Woman kien intwera għall-ewwel darba waqt il-Festival ta’ Venezja.


