“Mhux se twaqqfuna milli nsemmgħu leħinna – hemm bżonn issir ġustizzja u nipproteġu l-liberta’ tal-espressjoni f’pajjiżna” – kienu dawn ir-reazzjonijiet ta’ rabja u solidarjeta’ għal dak li seħħ il-ġimgħa l-oħra, hekk kif bosta komplew jistqarru li l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hu ukoll attakk fuq pajjiżna.
Għal din id-dimostrazzjoni, diversi nies minn setturi u oqsma differenti tal-ħajja attendew – fejn fosthom kien hemm numru ta’ għaqdiet studentestki li ingħaqdu wara l-banner bil-kliem ‘Studenti Bla Biża’.
Kien hemm ukoll numru ta’ Unions u NGOs li attendew għal din id-dimostrazzjoni – fosthom il-UĦM Voice of the Workers.
Ħafna oħrajn ingħaqdu mal-folla numeruża fil-Belt Valletta fejn komplew u qalu li għandna nibqgħu nsemmgħu leħinna u nibżgħu għad-demokrazija.
//= $special ?>