Anzjan Daniż ittellgħa bla ħajja mill-baħar fl-inħawi tal-Armier. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-5.45pm wara li l-Pulizija kienet ilha ġurnata tfittex lill-barrani.
Dan hekk kif dalgħodu l-Pulizija t’Għawdex kienet ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa x-Xatt l-Aħmar, f’Għajnsielem, Għawdex. Dan kollu wara li d-Daniż ta’ 73 sena spiċċa f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos.
Fuq il-post għamlu l-wasla tagħhom minnufih uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-protezzjoni Ċivili kif ukoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta. Madanakollu, għalkemm seħħet tfittxija intesiva kemm permezz ta’ skwadra ta’ bugħaddasa kif ukoll permezz ta’ dinghy l-vittma nstab madwar seba’ sigħat wara n-naħa l-oħra tal-fliegu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
//= $special ?>


