Minn Strasburgu
Hekk kif il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia bħalissa tinsab fi Strasburgu, NET News jinsab infurmat li l-familja se tkun qed tiltaqa’ ma’ delegazzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej mill-grupp tal-Ħodor.
Id-delegazzjoni se tkun tinkludi lil Sven Giegold, wieħed mill-MEPs li fix-xhur li għaddew kritika s-sitwazzjoni f’Malta dominata mill-Panama Papers u l-użu ta’ Malta bħala ċentru għall-ħasil tal-flus.
MEPs oħra mid-delegazzjoni tal-Ħodor li se jiltaqgħu mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia huma Philippe Lamber, Eva Joly, Molly Scott Cato u Heidi Hautala.
Sadanittant, fi stqarrija, l-Alternattiva Demokratika f’Malta qalet li se tingħaqad ma’ din id-delegazzjoni fl-ispirtu biex anke hi tesprimi s-sogħba tagħha għall-mewta traġika ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-familja Caruana Galizia dalgħodu se tkun qed tiltaqa’ wkoll mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.
//= $special ?>