– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed ikun ta’ xkiel biex il-pajjiż ikompli jattira investiment barrani kif għamel fl-aħħar snin.
Fil-parlamnent Kristy Debono qalet li l-poplu Malti llum hu suġġett għal realtà ġdida. Fil-pajjiż hawn ħafna li jibżgħu jsemmgħu leħinhom minħabba li jibżgħu minn transfers fuq il-post tax-xogħol; ħafna xtaqu jingħaqdu mal-eluf fil-Belt fil-manifestazzjoni kontra l-qtil ta’ Daphne iżda beżgħu minħabba li jbatu l-konsegwenzi.
Hi kompliet li hawn ħafna nies, inkluż hi, li jħarsu taħt il-karrozza qabel isuqu għaliex ikunu tkellmu favur il-libertà u d-demokrazija. Dan hu sentiment ta’ terrur li kien inħass ukoll ftit ilu meta saret l-isplużjoni fl-Imsida. Fl-aħħar 25 sena l-poplu qatt ma ħass dan is-sens ta’ biża’ daqs dan il-perjodu bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Kristy Debono qalet li issa l-libertà tal-espressjoni qed tkun mhedda mhux biss għall-vittma Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha iżda għall-konsegwenzi gravissimi li ħallew lil dan il-pajjiż tellief. Hi sostniet li kulħadd għandu dritt jgħid dak li jħoss iżda ħadd m’għandu dritt li jagħmel sarima ma’ ħalq ħadd. Hemm diċenza li m’għandhiex tinqabeż. Din hi l-libertà; li kulħadd jgħid li jħoss anki jekk ma jkun dak li l-maġġoranza ma tkunx trid tisma.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-ebda kritiku m’għandu jkollu leħnu msikket u qalet li Malta qatt ma tista’ tkun l-istess wara li ġara l-ġimgħa li għaddiet. Daphne kienet ta’ theddia għal prattiċi kriminali għalkemm il-mottiv għadu mhux magħruf.
Kristy Debono qalet li Daphne kixfet u żvelat l-akbar skandli fl-aħħar aħmes snin li ma kinux ikunu żvelati mill-istituzzjonijiet li hawn illum; liema istituzzjonijiet tilfu l-kredibbiltà tagħhom u l-forzi li jikkumbattu. Daphne kellha fibra ġurnalistika li ftit kien hawn bħalha; taqbel jew ma taqbilx mal-istil li bih kienet tikteb.
Minkejja li hi kienet fil-mira tagħha, Kristy Debono qalet li d-deputati Nazzjonalisti kienu fil-mira tagħha fl-aħħar 10 snin. Il-kritika kienet waħda politika fuq individwi Nazzjonalisti u għalhekk mhux minnu li jingħad li Daphne Caruana Galizia kienet tirreaġixxi b’mod differenti skont id-deputati. Hi sostniet li d-deputati huma suġġetti għall-kritika u d-demokrazija ssaltan meta jkun hemm soċjetajiet miftuħa.
Kristy Debono qalet li l-pajjiż qed ikun fl-aħbraijiet internazzjonali għar-raġunijiet ħżiena fosthom dwar il-bejgħ tal-passaporti. Dan se jwassal għal problemi biex investituri barranin jinvestu f’Malta. Fost dawn hemm The Economist u l-aħbarijiet ewlenin internazzonjali li kollha qed jgħidu minn pajjiż turistiku Mata spiċċat xena ta’ qtil ta’ portata internazzjonali. Daphne ma kinitx protetta u l-gvern baqa’ sieket wara li din inqatlet.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-akbar theddida għat-tkabbir ekonomiku hi s-sigurtà u sostniet li s-settur tal-gaming jaf is-suċċess tiegħu għall-qafas legali u għall-istil ta’ ħajja tal-pajjiż. Il-Word Ecominic Forum kienet poġġiet lil Malta fit-33 post fuq is-servizzi ta’ pulizija fl-2016 iżda fl-2017 Malta waqgħet fil-51 post.
Il-pajjiż kellu t-twissijiet fejn aħdd ma ġasus sigur fil-pajjiż ida l-gvern baqa’ sieket u ma ħax azzjonijiet. Jeħtieġ li jsir investiment fil-puliija u li jkunu ingaġġati iktar pulizija biex jissaħħaħ il-Korp. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm diskussjoni dwar ir-rwol tal-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>