– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech sostna li l-qitl tal-ġuirnlaista Daphne Caruana Galizia bidel id-dehra ta’ Malta fix-xenarju internazzjonali.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li f’dawn il-waqtiet iknu hemm dubju li s-sewwa jirbaħ żgur. Hu sostna li dawn kienu ġranet mudlama u ta’ dwejjaq li fihom ikun hemm sens profond ta’ inutilità.
Is-sitwazzjoni fil-pjjiż hi waħda li fiha min hu inkwiżittiv jispiċċa maqtul iżda minkejja l-boom ekonomiku, l-istess istituzzjonijiet mhux kapaċi jipproteġu lil hu espost għall-ħażen li hu xprunat mir-rgħiba għall-flus.
Nhar it-Tejn li għadda nbidlet id-dehra ta’ Malta internazzjonalment. Qatt daqs din il-ġimgħa r-reputazzjoni ta’ Malta ma ħadet daqqa kbira barra mnn Malta bil-konsegwenza li l-futur ekonomiku tal-pajjiż hu pperikolat. Għalkhekk irid isir xogħol immedjat u qawwi biex it-termini li qed jisemmew ikunu indirizzati b’tibdil fl-istituzzjonijiet u fil-liġijiet.
Claudio Grech qal li Daphne kellha familja u għalhekk irrispettivament mill-istil ta’ kitba tagħha, kellha l-kurraġġ tirraporta fuq oqsma li ftit huma dawk li huma lesti jitkellmu fuqhom. Hu semma l-laqgħat li kellu ma’ Daphne fejn fihom tkellemdwar il-problema tal-proposta tal-gvern li jillegalizza d-droga.
Daphne kienet persuna b’sens ta’ responsabbiltà, l-imħabba lejn il-pajjiż u s-sens ta’ ġustizzja u umanità. Hi kienet mara b’saħħitha u determinata sal-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.
Claudio Grech kompla li dan kien att terroristiku immirat mhux biss biex isikket iżda biex jattakka simbolu tal-libertà tal-espressjoni. L-attakk kien ikkalkulat u premeditat bl-iskop li ma jħalli l-ebda duju l-qtil jitwettaq fit-totalità tagħha. Dan kien qtil li ried jiżra ż-żerrigħa tal-biża’ u tal-mibgħeda.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-istituzzjonijiet li kienu responsabbli biex jipproteġu lill-poplu iżda fallew biex issa inħoloq xenarju li issa hu diffiċli ħafna li jkun kontrollat. Hu kompla li l-lussu li jitgawda l-qligħ minn din l-attività se jibqa’ għaddej.
Claudio Grech tkellem dwar l-ekonomija mhux dikjarata u qal li f’ħames snin kienu sekwestrati €200,000 biss u appella biex il-mekkaniżmi jkunu infurzati kif meħtieġ. Jekk dan ma jsirx allura dak li hu ħażin jiddomina fuq dak li tajjeb u jgawdi l-benefiċċji minnu.
Dwar ix-xenarju politiku, id-deputat Nazzjonalista qal li t-tribaliżmu li hawn fil-pajjiż qed joħlqu baħħ totali tar-raġuni. Dan l-ambjent ħoloq antagoniżmu u firda fis-soċjetà biex naqqas l-oġġettività u l-qofol għaliex in-nies qiegħdin fil-politika. Kien hemm funzjoni bażika tal-forzi tal-ordni li ma ħadmitx.
Dwar il-protezzjoni li kellha tingħata Daphne, Claudio Grech qal li bilfors li kulħadd iħossu xi ftit responabbli għal dak li seħħ għaliex bla dubju li Daphne kienet persuna f’riskju u li żgur kellha bżonn xi protezzjoni. Għalhekk din il-protezzjoni kellha tingħata, sostna Claudio Grech.
Il-pajjiż għandu dawn ir-riżorsi li għandhom l-abbiltajiet u l-kapaċitajiet iżda m’humiex jitpoġġew biex jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol. M’għandux ikun hemm raġuni finnzjarja marbuta mal-protezzjoni li kellha tingħata lil Daphne għaliex il-ħajja m’għandhiex valur.
Ħadd m’għandu jaċċetta li persuna li għandha bżonn il-protezzjoni ma tkunx protetta. In-nies għandhom jingħataw messaġġ li l-ħsara se tissewwa’ biex ikun eliminat it-tnawwir. Jeħtieġ isiru riformi kostituzzjonali b’saħħithom biex in-nies jerġa’ jkollhom fiduċja fis-sistema. L-Oppożizzjoni diġà tkellmet dwar il-Kummissarju tal-Pulizija, l-FIAU u l-Avukat Ġenerali. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm diskussjoni dwar it-tqassim tal-poter fil-pajjiż.
//= $special ?>