Ewropa Lokali

Il-Grupp tal-PPE ingħaqad fis-sejħa għal vot plenarju fuq il-mandat adottat mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja w Affarijiet tal-Intern (LIBE) wara proposta ġdida tal-ePrivacy.

L-MEP Roberta Metsola

Roberta Metsola, l-Ewroparlamentari Maltija, kordinatrici tal-LIBE fui ħdan il-Grupp tal-PPE spjegat f’isem il-grupp li talbu eżaminazzjoni fil-plenarja għall-mandat dwar l-ePrivacy sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew jidħol f’diskussjoni b’pożizzjoni ċara bis-sostenn tal-maġġoranza tal-membri. L-membru ewroparlamentari Maltija spjegat li mandat b’eżaminazzjoni mgħaġġla b’differenza ta’ vot wieħed biss żgur ma jħallix lok għal dan. Hija insistiet li l-Parlament Ewropew għandu bżonn jgħamilha ċara li huwa magħqud għad-diskussjonijiet futuri.

Il-mandat kif inhu, konċess mill-Kumitat mhux biss iwassal għal restrizzjoni tal-innovazzjoni Ewropea iżda jwassal ukoll sabiex il-kundizzjonijiet għal ġurnalisti jiddgħajfu u jsiru agħar. Il-gazzetti għandhom bżonn jgħamlu użu mid-data tal-utenti tagħhom li jżuru s-siti onlajn għal fost oħrajn reklami, is-sors numru wieħed tal-qliegħ għal siti simili. Bi dħul ristrett bħal dan, is-salarji jiddgħajfu u għaldaqstant dan kollu jkun ifisser theddida għall-libertà tal-istampa.

Għaldaqstant l-Grupp tal-PPE sejjaħ għal mandat ta’ diskussjonijiet bil-għan li jwasslu għal finanzjament indipendenti mill-midja Ewropea, xi ħaġa li żgur ser tieħu ż-żmien biex jintlaħaq kompromess. Il-Grupp insista li hemm bżonn li l-kummerċ ibbażat fuq l-innovazzjoni jkollu garanzija bil-għan li jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol għaċ-ċittadini Ewropej.