Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni f’laqgħa mal-Kummissjoni Antimafia li bħalissa tinsab f’Malta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia illum kellu laqgħa mal-Kummissjoni Antimafia li bħalissa tinsab f’Malta wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Kummisssjoni Antimafia kienet immexxija mill-President tal-istess Kummissjoni Rosy Bindi.

F’kummenti lil Net News wara l-laqgħa, l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li fil-laqgħa tkellmu dwar l-esperjenza fl-Italja u sostna li kien l-laqgħa ma’ kummissjoni tant importanti kien importanti li ssir f’dan il-perjodu li għaddej minnu pajjiżna.

Adrian Delia sostna li tkellmu biex din ma’ tkunx komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat ta’ darba, imma li tkun waħda strutturata. Tkellmu dwar id-diffikultajiet li għaddej minnhom pajjiżna u kif jistgħu jgħinuna u kif nistgħu nitgħallmu biex pajjiżna jsir aktar sigur.