Is-Senatur minn Tennessee, Bob Corker, infexx f’attakk qalil fuq il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, wara li huma t-tnejn kienu insulentaw lil xulxin fuq Twitter.
Corker akkuża lil Trump b’li ‘gideb’ waqt sensiela ta’ intervisti fuq it-televiżjoni waqt li sostna li l-aġir tal-President affettwa ħażin ir-reputazzjoni tal-Istati Uniti, minbarra li dgħajjifha fuq status globali.
Meta kellem lill-istazzjon CNN, Corker qal li ‘Donald Trump għandu l-ħsieb li jkisser ir-relazzjonijiet li l-Istati Uniti żviluppat madwar id-dinja u li kienu utli għall-Amerikani’.
Min-naħa tiegħu Trump bagħat messaġġ fuq Twitter li Corker ‘ftit għandu relevanza politika’ .
Il-President u Corker iridu jiltaqgħu, fis-sigħat li ġejjin, waqt ikla tas-Senat. Iż-żjara ta’ Trump f’Capitol Hill qed issir fi żmien meta l-White House ta’ Washington qed jipprova jwassal lejn konsensus dwar il-pjan tal-Partit Repubblikan ( fil-Gvern) għal riforma tat-taxxa.
//= $special ?>

