Lokali

Ryanair tipposponi l-miżura dwar il-ġarr tal-bagalji fuq l-ajruplan

Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret li se tipposponi l-miżura dwar il-ġarr tal-bagalji fuq l-ajruplan sal-15 ta’ Jannar, miżura li tħabbret lura f’Settembru.

Dan kollu bil-għan sabiex it-tibdiliet pjanati ma jaffettwawx il-vaganzi tal-Milied.

It-tibdil fil-ġarr tal-bagalji jinkludi fost oħrajn traħħis tat-tariffa tal-bagalji li jintbagħtu meta jsir iċ-check in minn €35 għal €25.

Kelliema għar-Ryanair  spjegaw li mill-15 ta’ Jannar il-passiġġieri li jkunu prenotaw biljetti ta’ priority boarding  se jitħallew iġorru żewġ basktijiet fuq l-ajruplan. Il-bqija tal-passiġġiera se jkunu jistgħu jġorru baskett wieħed biss u l-bagalja jridu jidepożitawha mingħajr ħlas ħdejn il-boarding gate.

Aktar dettalji segwi hawn.