Futbol Sport

Serie A – Bonucci mhux se jilgħab kontra Juventus

Bonucci ġie sospiż żewġ logħbiet

Id-difensur ċentrali ta’ Milan u l-Italja Leonardo Bonucci dabbar żewġ logħbiet sospensjoni wara li ta daqqa ta’ minkeb fil-logħba bejn Milan u Genoa fil-logħba tal-Ħadd li għadda f’San Siro, logħba li ntemmet mingħajr gowls.

Bonucci b’hekk se jitlef il-logħba ta’ għada li Milan jilagħbu fil-Bentegodi kontra Chievo, kif ukoll il-logħba tas-Sibt kontra l-eks tim tiegħu Juventus. Bonucci ħoloq sensazzjoni fis-sajf li għadda meta ħalla lil Juventus biex ingħaqad ma’ Milan.

Iżda l-avventura tiegħu ma’ Milan kienet waħda diżastruża s’issa, fejn Bonucci hu biss id-dell tal-plejer li kien meqjus fost l-aqwa difensuri tad-dinja, meta dan kien għadu ma Juventus.

Ma’ Milan il-prestazzjonijiet dejjem kienu deludenti b’ħafan mill-gowls li sofrew Milan ikunu dikjarati bħala tort tiegħu. Hu jinsab taħt pressjoni kbira mill-miidja Taljana u anki mil-partitarji ta’ Milan li ma jistgħux jemmnu li dak hu l-istess Bonucci li kien ma’ Juventus.

Bonucci tkeċċa wara li ta daqqa ta’ minkeb lill-plejer ta’ Genoa Rosi, fejn dan kellu jiddewwa u kompla jilgħab b’rasu infaxxat minħabba l-ferita li ġarrab. Għall-ewwel ir-referee ma keċċiex lil Bonucci, iżda dan tkeċċa wara deċiżjoni tal-VAR