Intlaħaq qbil dwar kif se jkomplu n-negozjati għall-ftehim settorjali għall-Infermiera fl-Isptarijiet.
Fi stqarrija l-MUMN ħabbret dan. Qalet wkoll li waqt laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Ministeru tas-Saħħa intlaħaq dan il-qbil mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel.
Għaldaqstant l-MUMN se tkun qed tissospendi d-direttivi industrijali li kienu se jidħlu fis-seħħ minn għada.
Id-direttivi industrijali kienu tħabbru wara li l-Gvern injorna l-proposti li l-MUMN ppreżentat lill-Gvern sabiex jintlaħaq ftehim settorjali ġdid. Il-Unjin kienet ħarget 14-il direttiva industrijali ghall-infermiera fl-Isptar Monte Karmeli Fost id-direttivi industrijali kien hemm li l-infermiera mhux se jqassmu ikel u jiehdu demm lill-pazjenti.
L-MUMN issostni li l-infermiera u l-qwiebel f’Malta mhumiex f’sitwazzjoni feliċi fuq il-post tax-xogħol u kontra qalbhom kienu se jirrikorru għal dan il-pass.
//= $special ?>

