Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li nqaleb bi tractor f’għalqa fl-inħawi tal-Fawwara

Anzjan ta’ 79 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ bit-tractor li kien qed isuq f’għalqa.

L-inċident seħħ fl-inħawi tal-Fawwara , is-Siġġiewi għall-ħabta tal- 4:15pm. Fuq il-post waslu mill-ewwel uffiċjali tal-Pulizija, tim mediku u anke membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.