Sport Sport Ieħor

Bogatyr dikjarat ir-rebbieħ tar-Rolex Middle Sea Race

Bogatyr ta’ Igor Rytov fil-bidu tar-Rolex Middle Sea Race (Ritratt: Rolex/Kurt Arrigo)

Il-jott JPK 1080 Bogatyr tar-Russu Igor Rytov kien dikjarat bħala r-rebbieħ overall tat-38 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Filwaqt li numru ta’ jottijiet għadhom għaddejjin, l-ebda wieħed ma għandu l-possibbiltà li jegħleb il-ħin ta’ Bogatyr.

Jidher li Bogatyr hu l-ewwel jott Russu li jirbaħ tiġrija klassika ta’ 600 mil. Rytov hu baħri komplut, iżda kien riċentament li qeleb għal dawn it-tip ta’ tlielaq. “Jien baħħart bħala tifel żgħir f’Moska, imma erġajt bdejt intellaq erba’ snin ilu. Din hi t-tieni darba li kkompetejna fir-Rolex Middle Sea Race  u kkompetejna dartbejn fl-aħħar żewġ tlielaq tar-Rolex Fastnet. Konna nafu li kellna ċans meta bdejna l-aħħar leg tat-tiġrija, u dan il-fatt ta lilna l-enerġija għall-aħħar lejl,” qal Rytov.

Ir-Russu u l-crew tiegħu se jkunu preżentati bit-trofew tar-Rolex Middle Sea Race fis-serata tal-premijiet li se ssir is-Sibt li ġej f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta.