Lokali

Ġermaniża titlef ħajjitha waqt li kienet qed togħdos f’Għawdex

Ġermaniża ta’ 64 sena tilfet ħajjitha wara li sabet sabet ruħha f’diffikulta` waqt li kienet qegħda togħdos fil-Bajja tal-Fessej, limiti ta’ Għajnsielem, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs.

Il-Pulizija marret minnufih u l-persuna ttellat l-art iżda sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.