Lokali Qtil Politiku

“Għajta unanima fil-Parlament Ewropew biex il-Gvern Malti jagħmel ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia” – Roberta Metsola

Minn Strasburgu

“Fil-Parlament Ewropew hawn għajta unanima biex il-Gvern Malti jaġixxi wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u biex fin-nuqqas ta’ dan, ikun hemm is-sehem tal-komunità internazzjonali biex issir ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia.”

Qalet dan il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola f’kummenti ma’ NET News.

“Sfortunatament ma tatx hawn fiduċja fl-istituzzjonijiet Maltin u hija ħasra li l-mument kommoss li rajna fil-Parlament Ewropew, ma rajnihx f’Malta,” żiedet tgħid Roberta Metsola waqt li spjegat kif kulħadd qed jistaqsiha dwar it-traġedja f’Malta.

Roberta Metsola temmet tgħid li l-messaġġ tal-MEPs tal-Partit Nazzjonalista huwa wieħed ċar. “Dak li għamlet Daphne, il-vuċi tagħha se tibqa’ fil-vuċi tagħna lkoll u se nagħmlu dak kollu li hu fil-poter tagħna biex issir ġustizzja ma’ Daphne u l-familja tagħha,” temmet tgħid l-MEP Roberta Metsola.