– Fredrick Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi kkritika l-fatt li l-Kummissarju tal-Pulizija li naqas li jinvestiga l-irregolaritajiet fil-Bank Pilatus issa qed jinvestiga l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fil-parlament d-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt tal-ħajja u d-dritt li persuna tesprimi ruħha b’mod ġust. Iżda f’dan il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dan id-dritt ma kinx imħares.
Il-liġi tal-pajjiż ma’ tistax tkun fuq il-karta biss iżda trid tkun ugwali ma’ kulħadd. Fis-soċjetà ma jistax ikun hawn inġustizzji u diskriminazzjoni. Il-liġi trid tkun infurzata mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill-Avukat Ġenerali li għandhom l-obbligu li jinvestigaw biex fil-pajjiż ikun hawn is-saltna tal-liġi flok is-saltna tal-kriminali. Fl-aħħar snin ikkollossat is-sistema ġudizzjarja f’Malta.
Hu semma l-kumpaniji sigrieti fil-Panamau l-kontijiet maħmuġin fil-Pilatius Bank u qal li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali naqsu milli jinvestigaw. Kienet biss l-FIAU li kienet l-uniku istituzzjoni tal-istat li ħadmet biex jinqabdu l-kriminali. Lil Daphne għaddewha minn kampanja kontriha minn fuq il-media Laburista għaliex kixfet il-korruzzjoni. Hu qal li l-Kummissarju tal-Pulizija li ma nvestigax il-Pilatus Bank issa qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne.
Dwar dan il-każ issa qed ikun żvelat każ ieħor li fih qed ikun żvelat dwar kif artikli pubblikati fit-Times u fil-Malta Today illum m’għadhomx jinstabu. Dawn l-artikli kienu dwar il-Pilatus Bank, liema bank issemma’ f’numru ta’ rapporti ta’ ħasil ta’ flus bejn l-Ażerbaġjan u Malta.
Jirriżuta li dawn ir-rapporti tneħħew għax il-Pilatus Bank hedded lil dawn il-kmamar tal-aħbarijiet b’passi barra l-pajjiż. L-edituri stqarrew li huma dejjem ibażaw l-atrtikli fuq il-verità magħgrufa lilhom u kellhom jieħdu passi biex ineħħu l-artrikli biex kunu evitati passi kontrihom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gazzetti ma kinux mitluba jneħħu l-aritkli dakinhar li kienu pubblikat iżda ferm wara. Hu tkellem dwar Egrant fejn Daphne kienet qalet li din tappartjeni għall-mara tal-Prim Ministru. Il-whistleblower Russa inovluta ma ngħatat l-ebda protezzjoni u kellha titlaq minn Malta għax kienet mhedda.
Id-deputat Nazzjonalista qal li quddiem din is-sitwazzjoni deliktata fil-pajjiż, il-Prim Ministru jmur barra minn Malta jbigħ li-passaporti. Hu staqsa għaliex l-imgħax fuq il-flus tal-applikazzjonijiet għall-bejgħ tal-passaporti jmur għand Henley & Partners.
Id-deputat Nazzjonalista qal li anki l-bini tal-iskejjel huma mdawra b’każi ta’ korruzzjoni. Hu tkellem dwar il-pressjonijiet kbar li saru fuq l-FIAU wara li dawn rrapportaw fuq l-iskandli u kkritika l-mod kif il-gvern ta’ €1 biljun lil kumpanija li ħadd ma jafx min hi u li rappreżentata minn persuna mfittxija għal frodi fil-Kanada. Hu qal li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm 100 sodda iżda VITALS qed jitħallsu għal 125 sodda.
//= $special ?>