Il-kantant Amerikan Fats Domino, li hu fost l-aktar kantanti influwenti tar-Rock ‘n Roll għal kull żmien, miet fl-età ta’ 89 sena.
Fats Domino kiseb l-eqqel tal-fama fis-snin ħamsin u s-sittinijiet b’suċċessi bħal Blueberry Hill, Ain’t That A Shame u Walking to New Orleans.
Il-kantant minn New Orleans biegħ ‘il fuq minn 65 miljun diska, — aktar minn kwalunkwe stilla tar-Rock ‘n Roll tas-snin ħamsin, bl-eċċezzjoni ta’ Elvis Presley.
//= $special ?>

