“Bħala soċjetà nsewdu qalbna meta l-vjolenza tirbaħ fuq ċittadin mingħajr difiża, ikun min ikun, tkun min tkun. Għalina hija disfatta għaliex nimmaġina li l-armata tieħu pjaċir iżjed tmur issalva bniedem milli tara xena ta’ delitt fejn l-isplussiv qatta’ biċċiet mara innoċenti, għamlet x’għamlet, qalet x’qalet.” Hekk tenna l-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna, fl-omelija tiegħu quddiem knisja mimlija suldati waqt il-quddiesa li fakkret Jum il-Forzi Armati ta’ Malta fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Dakinhar kienu hemm iżda ma setgħu jagħmlu xejn ħlief jaraw x’ġara. Huwa awgura li kull suldat ikun strument ta’ ġustizzja bla ma jħares lejn uċuh u mingħajr biża’.
Fl-istess ħin, Scicluna qal li hija xi ħaġa sabiħa l-kooperazzjoni reċiproka bejn is-soċjetà ċivili u l-armata toħloq narrattiv pożittiv bħalma ġara fl-operazzjoni ta’ salvataġġ meta ġew salvati 2 żgħażagħ minn ħalq il-mewt mal-irdumijiet qrib Miġra l-Ferħa. Madanakollu, hija diffiċli għas-suldat li jkollu jirrekovera iġsma mejta fuq il-baħar f’operazzjoni ta’ salvataġġ.
L-Arċisqof radd ħajr lill-forzi tal-ordni bħala ulied id-dawl jkollhom jisfidaw l-ambjent ta’ madwarha mimli ħażen. Huwa aċċenna li l-ġlieda tal-forzi tal-ordni mhijiex kontra d-demm u l-laħam iżda kontra l-qawwa tad-dlamijiet f’pajjiżna. Jeħtieġ li jkollna armata attrezzata tajjeb bl-armatura tal-prinċipji etiċi. Il-poplu jeħtieġ ikollha l-protezzjoni tal-Forzi Armati u qatt mhedda.
Qabel il-quddiesa, bdiet parata mill-banda u l-Gwardja tal-Unur tal-Forzi Armata ta’ Malta minn Triq ir-Repubblika li ntemmet bl-ispezzjoni tal-gwardja mill-President tar-Repubblika, Marie-Louise Coleiro Preca, f’ Misraħ San Ġwann.
//= $special ?>