Tifel ta’ 11-il sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13.00 wara li ċ-ċkejken weġġa’ waqt li kienu qed isiru xi attivitajiet fi skola li tinsab fi Triq il-Ferrovija l-Qadima, f’Birkirkara.
Fuq il-post issejħet minnufih għall-ambulanza fejn ħadet lill-vittma l-Isptar għal aktar kura.
Huwa ġie iċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

