Diversi ġurnalisti internazzjonali jinsabu b’għajnejhom fuq il-kumpanija Appleby – ditta legali simili għal Mossack Fonseca – wara li fl-aħħar 12-il xahar insterqet informazzjoni sensittiva mis-servers ta’ din il-kumpanija ibbażata f’Bermuda.
L-istorja ġiet żvelata illum mill-gazzetta rinomata Daily Telegraph.
Jirriżulta li hemm numru ta’ ġurnalisti investigattivi u stazzjonijiet tat-televiżjoni li lesti jippubblikaw l-ismijiet ta’ politiċi u sinjuruni li isimhom jidher f’din il-lista ta’ Appleby.
Din id-ditta legali għandha uffiċji f’Isle of Man u l-British Virgin Islands fost l-oħrajn.
//= $special ?>