Raġel ta’ 25 sena mis-Serbja li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida weġġa’ serjament meta waqa’ minn għoli ta’ madwar 3 sulari.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00a.m. fi Triq il-Punent l-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
//= $special ?>

