Lokali

“Il-Bejgħ taċ-ċittadinanza għandu jieqaf” – Werner Langen, PANA

Werner Langen - iċ-Chairman tal-Kumitat PANA

Iċ-Chairman tal-Kumitat Investigattiv tal-Parlament Ewropew dwar il-Panama Papers Werner Langen qal li l-programmi kollha ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza f’pajjiżi tal-UE għandhom jieqfu.

Hu qal li ma jitwemminx kif il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu għaddej b’mod attiv il-Golden Visa Programme ta’ Malta meta f’Malta ghaddejja din is-sitwazzjoni.

Langen sostna li l-Gvern Malti għandu reputazzjoni diskutibbli ħafna f’dawn il-ġranet u l-attitudni tal-Prim Ministru wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hi orribbli.

Propju f’dawn il-ġranet diffiċli għall-poplu Malti, il-Prim Ministru Muscat mar ibigħ iċ-ċittadinanza Maltija f’konferenza f’Dubaj. Permezz ta’ din iċ-ċittaduinanza, dawk li jiksbuha jkunu kisbu wkoll id-dritt ta’ moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea.

Werner Langen qal li hemm responsabbiltà konġunta u hi offiża minn dawk il-pajjiżi li joperaw din l-iskema. Hu appella lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu azzjoni u twaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza fl-Unjoni Ewropea.