Fl-ewwel stqarrija uffiċjali tal-Pulizija mill-konferenza tal-aħbarijiet li ndirizza l-ġimgħa li għaddiet il-Kummissarju tal-Pulizija dwar il-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, illum qalet li tliet analisti mill-Europol, se jaslu Malta din il-ġimgħa biex jassistu lill-Pulizija Maltija f’din l-investigazzjoni.
Il-Pulizija fl-istqarrija qalet li dwar il-materjal tal-isplussiv li ntuża fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sa issa għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet u testijiet fuq dan l-istess materjal, kemm lokalment u anke barra minn Malta.
Il-Pulizija qalet li wieħed jifhem li dawn it-testijiet isiru b’reqqa kbira u jieħdu ż-żmien tagħhom.
Il-Pulizija fl-istqarrija tfakkar li kull min għandu xi nformazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għandu jagħmel kuntatt mall-Pulizija permezz tat-telephone 2294 2008 jew fuq crimeinfo@gov.mt.
Kull informazzjoni li l-Pulizija tirċievi tiġi mistħarrġa minn numru ta’ Response Teams li twaqqfu apposta.
//= $special ?>